Lokali

“Jeħtieġ li ninvestu f’kull area ta’ studju” – Michelle Attard Tonna

Michelle Attard Tonna, lettur fl-Università ta’ Malta, saħqet meta indirizzat id-djalogu li sar mill-Partit Nazzjonalista f’Birkirkara, li jeħtieġ nirrikonoxxu li hemm areas fl-istudju, bħall-arti, is-soċjoloġija, u oħrajn li jeħtieġu li jsir investiment aktar xieraq.

Attard Tonna qalet li ma nistgħux nitraskuraw il-kwalità u l-istandards tal-Università ta’ Malta, u dan jista’ jsir billi ma nipprovawx inbiegħu biss il-prodott u ninsew aspetti oħra li jsaħħu lil pajjiżna.

Attard Tonna rrimarkat kif in-nies f’pajjiżna spiċċaw qed iħossuhom demotivati biex jistudjaw u jaħdmu minn jum għall-ieħor quddiem għadd ta’ fatturi, fosthom it-traffiku u l-konġestjoni. U kien għalhekk fejn appellat li tittieħed azzjoni minnufih hekk kif dan qed jiswa lil pajjiżna, kemm finanzjarjament u anke qed jitfa’ lura s-saħħa mentali.

Michelle Attard Tonna enfasizzat lii mhux kollox għandu jitkejjel bit-tkabbir ekonomiku. Hija semmiet li kull fakultà fl-università għandha membru appuntat mill-Gvern u allura, il-Gvern ċentrali għandu jkun jaf x’qed jintefaq. Għaldaqstant, hija saħqet li hemm bżonn li jsir impatt ekonomiku tat-traffiku, sabiex jiġi stabbilit kemm it-traffiku f’pajjiżna qed jiswa flus kemm lill-pajjiz u kif ukoll lin-nies.