Wara li ġew ikkunsidrati r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ornis, tħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib fuq is-seba’ speċi tal-għasafar tal-għana mil-lum 20 ta’ Ottubru sal-20 ta’ Diċembru 2024.
Kull min se jipparteċipa fil-proġett ta’ riċerka fuq l-għasafar tal-għana, taħt l-awtorizazzjoni tal-liċenzja speċjali maħruġa f’ismu, se jkun:
- Obbligat iħarrab lura fis-selvaġġ kull għasfur tal-għana li jaqbad immedjatament wara li jkun iċċekkja
jekk hux imlibbes ċurkett xjentifiku u jirrapportah dak il-ħin stess (speċi u ammont) billi jċempel,
mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile reġistrat f’ismu, jew billi juża l-mobile app Game Reporting MT. Is-sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma; - Obbligat jikteb id-dettalji kollha fil-formola taċ-ċrieket maħruġa f’ismu, li hija inkluża mal-liċenzja
speċjali, jekk jaqbad għasfur tal-għana b’ċurkett xjentifiku; - Kull għasfur li jaqbad li għandu ċurkett xjentifiku għandu wkoll jiġi rrapportat dakinhar stess kif spjegat fil-liċenzja speċjali;
- Imħeġġeġ jieħu filmat qasir fejn juri l-għasafar tal-għana qegħdin jitħarrbu mill-istess post minn fejn inqabdu kif spjegat fil-liċenzja speċjali;
- Jirrapporta l-effort tar-riċerka (research effort) kull meta jieħu sehem fil-proġett ta’ riċerka u ma jkunx qabad għasafar tal-għana billi, qabel jitlaq, iċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile rreġistrat f’ismu, jew juża l-mobile app Game Reporting MT, kif spjegat fil-liċenzja speċjali.
Kull min hu fil-pussess tal-liċenzja speċjali għar-riċerka tal-għana legalment obbligat josserva r-regolamenti kollha marbuta ma’ din id-deroga.
//= $special ?>