Sport Sport Ieħor

Wara l-logħob Olimpiku u Paralimpiku ta’ Pariġi fit-tieni programm ta’ Sport Extra

Illum fuq NET Television mill-5.10 pm ‘l quddiem jixxandar it-tieni programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.  Fil-programm enfażi dwar il-parteċipazzjpni tal-atleti Maltin fil-Logħob Olimpiku  u fil-Logħob Paralimpiku – Pariġi 2024.

Fil-ġranet li għaddew SPORT EXTRA kien mistieden għal attivita’ b’rabta mal-Olimpijadi organizzata mill-Ambaxxata ta’ Franza hawn Malta. Mistiedna fil-programm l-Ambaxxatrici ta’ Franza għal Malta E.T SANDRINE LELONG MOTTA kif ukoll id-direttur tal-isport tal-Kumitat Olimpiku Malti, CHARLENE ATTARD, flimkien ma’ wħud mill-atleti li kienu fl-Olimpijadi fosthom l-għawwiema SASHA GATT, il-judoka KATRYNA ESPOSITO u t-tiratur GIANLUCA CHETCUTI. Intervista wkoll mal-għawwiema paralimpika MAJA THEUMA li kienet fl-ewwel esperjenza Olimpika tagħha.   

SPORT EXTRA għandu lil Antoine Farrugia Lauri bħala assistent tal-produzzjoni u muntaġġi, u filmati minn Keith Mizzi .