Colin Schembri
Valletta Lioneses……………42
Hibernians……………………..88
(8-23)(6-24)(18-26)(10-15)
Hibs ħadu t-tieni rebħa fi Grupp B biex temmewh fl-ewwel post u kkwalifikaw għas-semifinali flimkien ma’ Bettson Depiro. Valletta kienu mingħajr Milica Stefanovic li kienet biss spettatriċi fuq il-bank filwaqt li Hibernians kellhom nieqsa lil Steffi De Martino. Hibernians bdew il-logħba b’pass mgħaġġel u fl-ewwel minuti ħadu l-kontroll tal-partita. Il-partita fetħet b’runs ta’ 9-2 grazzi għall-punti minn Kristy Caruana u Mikayla Brandon. Valletta sabu xi diffikultà biex jagħmlu l-punti għalkemm kellhom trippla mill-Amerikana Janea Barnes. Hibs kellhom run oħra ta’ 10-2 għalquha fuq quddiem 23-8. Hibernians komplew b’kontroll assolut tat-tieni perjodu, speċjalment b’run qawwija ta’ 23-0 fejn kellhom fost l-oħrajn żewġ trippli minn Kaya Calleja u l-punti ta’ Elena Cassar, Julija Dabic u Maria Bonett. Valletta għalqu b’basket ta’ Sabrina Abugrin għal skor ta’ 47-14 favur il-Pawlisti.
Fit-tielet sessjoni, Valletta sabu xi forma ta’ reazzjoni fejn kienu iktar aggressivi fit-tentattivi tagħhom u għaqqdu run ta’ 9-0 kważi kollha minn Barnes. Minkejja dan, Hibernians malajr ġew lura speċjalment bi trippli ta’ Naomi Farrugia u Eliza Farrugia u għalqu l-perjodu fuq quddiem 73-32. Fl-aħħar sessjoni, kien hemm il-punti minn Andie Saliba għal Hibs flimkien ma’ Cassar u Sharon Vella. Barnes kompliet twieġeb għal Valletta bit-tielet trippla tagħha però finalment kienu Hibernians li rebħu l-partita 88-42.
Valletta Lioneses: A. Parnis 2, J. Barnes 29, S. Abugrin 4,M. Stefanovic, M. Momcilovic 4, M. Mifsud, H. Grixti, N. Montalvo, T. Nikishin 1.
Hibernians: M. Brandon 7, E. Farrugia 3, E. Cassar 14, A. Saliba 8, J. Abela 3, M. Bonett 10, S. Vella 6, K. Calleja 13, N. Farrugia 14, K. Caruana 8, A. Mallia, J. Dabic 2.
Referees: Nicky Azzopardi, Miguel De Flavia
Caffè Moak Luxol………….72
Starlites JSD…………………..64
(12-9)(16-24)(27-10)(17-21)
Dawn iż-żewġ timijiet rebħu l-ewwel konfront tagħhom u din il-partita ddeterminat ir-rebħ ta’ Grupp A. Kienu Luxol li ħarġu rebbieħa biex issa fis-semifinali tas-Sibt li ġej jiltaqgħu kontra Bettson Depiro filwaqt li Starlites jaffrontaw lil Depiro. Il-partita kienet maqsuma bejn iż-żewġ timijiet fejn fit-tieni sessjoni Starlites fetħu vantaġġ ta’ 10 punti, però Luxol ġew lura partikolarment lejn tmiem it-tielet sessjoni. Starlites kienu mingħajr Christina Curmi u Fanny Fabok filwaqt li Josephine Diaby għadha nieqsa għal Luxol.
Il-partita bdiet b’mod bilanċjat, biż-żewġ timijiet jieħdu l-pass tagħhom bil-mod. Starlites marru fuq quddiem b’punti bikrija minn Michela Zammit Cordina u Makaila Napoleon, b’run ta’ 6-2. Luxol irnexxielhom jirrispondu permezz ta’ Sarah Pace u Lisa Fenech Pace, fejn għamlu run ta’ 8-3 biex marru punt minn fuq u għalqu s-sessjoni b’basket ta’ Sarah Fenech Pace għal skor ta’ 12-9.
Fit-tieni sessjoni, Starlites ħadu l-kontroll b’run ta’ 12-4 grazzi għall-punti ta’ Sasha Lecuyer u Catherine Cilia. Luxol ippruvaw iżommu l-pass b’punti minn Brandy Huffhines u Fenech Pace, iżda Starlites baqgħu fuq quddiem hekk kif kellhom it-trippli minn Zammit Cordina u Cilia biex għalqu l-perjodu fuq quddiem 33-28.
Wara l-mistrieħ, Luxol ħarġu aktar aggressivi wara li sofrew l-ewwel basket, pew lura permezz tal-punti ta’ Huffhines u trippla ta’ Pace u saħansitra rnexxielhom jieħdu l-vantaġġ għal 43-41 għal nofs is-sessjoni. Fl-aħħar parti tas-sessjoni kein hemm mument ieħor tajjeb minn Luxol li għamlu break ta’ 14-0 b’żewġ trippli ta’ Pace u Huffhines għal skor ta’ 55-43.
Fl-aħħar sessjoni, Starlites ippruvaw jirritornaw fil-logħba hekk kif bdew b’żewġ trippli ta’ Lecuyer. Madankollu, Luxol malajr irrispondew bi break ta’ 11-2 b’punti minn Pace u Huffhines, biex reġgħu marru 15 minn fuq ,66-51. L-aħħar sforz ta’ Starlites rahom jagħmlu run ta’ 11-2 b’sensiela ta’ punti minn Napoleon, iżda Luxol ħarġu rebbieħa 72-64, wara free throws finali ta’ Anna Fenech Pace.
Caffè Moak Luxol: G. Carabott, S. Pace 17, L. Fenech Pace 8, M. Marmara, N. Vella 4, J. Said, E. Abela, S. Fenech Pace 13, B. Huffhines 16, V. Baldacchino 4, S. Sciberras, A. Fenech Pace 10.
Starlites JSD: S. Lecuyer 13, M. Riolo 4, C. Cilia 10. P. Riolo 3, M. Zammit Cordina 14, C. Vella, M. Fenech, M. Napoleon 20, M. Sciberras, EDegiorgio, Y. Ferrando, J. Micallef.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Fiorentina Ciurariu.
//= $special ?>