Internazzjonali

Kontroversja wara li ħarġet tattakka lir-Re Charles fil-Parlament Awstraljan

Ritratt: Lidia Thrope fil-Parlament Awstraljan Credit: Sky News

Kaos ħakem il-Parlament Awstraljan, waqt żjara li kellu r-Re Charles fl-Awstralja fl-aħħar ġranet.

Dan wara li Lidia Thorpe, l-ewwel senatur indiġina mill-istat ta’ Victoria, kienet fost l-20 persuna li pprotestaw waqt li r-Re Charles flimkien ma’ Camilla poġġew kuruna ta’ fjuri quddiem il-monument tal-gwerra.

Thorpe pprotestat għall-fatt li r-Re għadu l-Kap tal-Istat – bl-għajta li Charles mhux ir-Re tagħhom, u biex iroddilhom lura l-art li hija tal-Awstraljani bi dritt.

Intant, Aunty Serena Williams – leader indiġina – laqgħet lill-koppja Rjali filwaqt li appellat lir-Re sabiex jagħmel apoloġija għan-nuqqasijiet kolonjali li saru fil-passat.