It-tensjoni fil-Lvant Nofsani dejjem qed tkompli tiżdied, hekk kif fl-aħħar sigħat, Iżrael fetaħ attakk fuq binja li qed tkun meqjusa bħala bejta tal-Hezbollah.
Fl-aħħar sigħat instemgħu ħafna splużjonijiet f’Bejrut wara li Iżrael hedded b’attakki imminenti fuq il-post fejn jitlaqqa’ l-al Qard al Hassan Unit – li hija kkunsidrata bħala l-grupp li jipprovdu finanzjament għall-operat tal-Hezbollah u anke jixtru l-armi.
F’filmati li qed jiċċirkolaw online, tidher binja tikkollassa wara splużjoni qawwija li nstemgħet f’Beirut.
Inizjalment, Iżrael wissa liċ-ċivili fin-Nofsinhar ta’ Beirut sabiex jevakwaw, fejn issa skont il-Forzi tad-Difiża Iżraeljana jidher li l-attakki huma imminenti fuq iz-zoni kollha ta’ Bejrut.
Dan l-attakk jiġi ftit ħin wara li Iżrael qal li attakka l-kwartieri ta’ intelliġenza tal-Hezbollah f’Bejrut.
//= $special ?>