L-allegat qattiel ta’ żewġt irġiel f’Tas-Sliema – Daniel Muka – ma sofra ebda ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu għax qed tiġi miċħuda l-libertà proviżorja, ikkonfermat l-ogħla Qorti ta’ Malta. F’sentenza mogħtija t-Tnejn, il-Qorti Kostituzzjonali, ippreseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti flimkien mal-imħallfin Anthony Ellul u Giannino Caruana Demajo, ċaħdu l-appell tal-Albaniż għall-kawża kostituzzjonali tiegħu li kien ippreżenta f’Ottubru 2023 quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni kostituzzjonali tagħha.
Huwa ġie ordnat ukoll li jbati l-ispejjeż tal-appell. Muka, li jinsab mixli b’rabta mal-omiċidji ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski, li nqatlu b’tiri fid-dar tagħhom f’Locker Street, Tas-Sliema, f’Awwissu 2020.
Fil-ħin tal-arrest tiegħu minħabba l-qtil li seħħ f’Locker Street, Muka kien diġà fuq pleġġ b’konnessjoni ma’ akkużi ta’ attentat ta’ qtil ta’ tliet pulizija, li hu maħsub li fetaħ in-nar waqt serq minn ħanut tal-ġojjellerija.
Muka, flimkien ma’ żewġt irġiel oħra, jinsab akkużat bil-qtil ta’ Pandolfino u Maciejowski u nżamm taħt arrest preventiv sa minn dakinhar li tressaq il-Qorti. It-talbiet tiegħu għal pleġġ baqgħu jiġu miċħuda b’mod konsistenti mill-qrati.
Huwa kien irrappurtat li pprova jaħrab mill-ħabs fl-2020, iżda l-pjan tiegħu kien imwaqqaf mill-gwardjani tal-ħabs. L-avukati ta’ Muka qabel kienu ppruvaw jargumentaw li l-klijent tagħhom kien qed ibati bla bżonn bħala vittma ta’ fallimenti mill-Istat Malti, li ma kienx daħħal it-‘tagging’ elettroniku, sistema għal suspettati kriminali waqt li jkunu fuq pleġġ.
Fis-sentenza tagħha, il-Qorti Kostituzzjonali qalet li rrikonoxxiet li għalkemm ir-riskju ta’ ħarba fil-konfront ta’ Muka kienet ir-raġuni primarja tal-qrati biex tirrifjuta l-ħelsien mill-arrest, din ma kinitx l-unika biża’.
Is-sentenza li kien qed jappella minnha “kienet korretta meta affermat dak li t-“tagging” elettroniku
kienet xi ħaġa superfluwa għall-kunsiderazzjonijiet ta’ kwalunkwe Qorti fuq pleġġ f’dan il-każ.
Dan għax l-ebda garanzija u/jew kundizzjoni imposta fuq l-applikant, inkluż l-“electronic tagging”, kieku kien possibbli, kienet se twaqqaf lil Muka milli jaħrab mill-Gżejjer Maltin, xi ħaġa magħrufa ħafna li tkun faċli ħafna li din issir bil-baħar.
Lanqas ma tara t-‘tagging’ elettroniku bħala deterrent vijabbli kontra t-twettiq ta’ reati oħra [mill-appellant].” Ma kienx ir-rwol tal-Qorti Kostituzzjonali li taġixxi bħala qorti tal-appell quddiem il-Qorti Kriminali li ċaħdet l-appell ta’ Muka għar-rifjuti multipli li tingħata libertà proviżorja lill-appellant mill-Qorti tal-Maġistrati, qalu l-Im[allfin, filwaqt li rrimarkaw li din tal-aħħar il-Qorti kellha l-atti kollha tal-
proċedimenti kriminali għad-dispożizzjoni tagħha u kienet f’pożizzjoni aħjar biex tevalwa t-talbiet tiegħu għall-ħelsien mill-arrest.
“Din il-Qorti ma tistax ma taqbilx mal-konklużjonijiet li waslet għaliha l-Ewwel Qorti. Dan huwa wkoll qed jingħad fid-dawl tal-fatt li r-reati allegatament imwettqa mir-rikorrent – dak ta’ serq u omiċidju doppju fir-residenza tal-vittmi – seħħew waqt li r-rikorrent kien jinsab fuq pleġġ b’rabta ma’ proċeduri kriminali oħra, fejn allegatament seraq ħanut tal-ġojjellerija