Sport Sport Ieħor

Swieqi jitħabtu biex jegħlbu lil Falcons fil-finali tas-Super Cup

Is-Sibt fil-kumpless tal-isport tal-Kottonera saret il-finali 2024 tas-Super Cup organizzata mill-Malta Volleyball Association. Din kienet bejn iċ-champions Swieqi Phoenix Nium u Falcons. Kienu Swieqi li temmew rebbieħa f’logħba kumbattuta u bilanċjata bl-iskor ta’ 3-2. Din kienet ir-raba’ sena konsekuttiva li Swieqi rebħu din il-kompetizzjoni. Madankollu kienu Falcons li fetħu tajjeb u kienu żewġ sets minn fuq meta rebħuhom it-tnejn bl-iskor ta’ 23 għal 25. Swieqi għamlu rimonta tajba biex eventwalment ħarġu rebbieħa 3-2. 

Fi tmiem il-finali, Branko Vlahovic, uffiċjal tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball, ippremja lill-players u coaches ta’ Swieqi mmexxija mill-head coach Leonard Zammit Munro. 

Fl-uniku partita mis-Super League li saret il-Ħadd kienu Birkirkara li rebħu lil Flyers 3-0. 

Ir-riżultati kollha

Is-Sibt

U19

Flyers vs BKVC Vixens  0-3

Super Cup  

Swieqi Phoenix NIUM vs Falcons 3-2

Il-Ħadd

U17

BKVC Thunder Spikes vs Depiro Blue 0-3

BKVC Storms vs Depiro Gold  3-0

Swieqi Phoenix Block N Roll vs Swieqi Phoenix Volley Maniacs  3-0

Paola Maypole vs Falcons VC  3-0

Super League 

Flyers VC  vs Birkirkara VC  0-3