Tifla ta’ 6 snin tinsab l-isptar tissielet għal ħajjitha wara li lbieraħ weġġgħet fi ground tal-basketball.
Għall-ħabta tal-10pm, il-Pulizija kienet infurmata li aktar kmieni waranofsinhar iddaħħlet tifla fl-Isptar Mater Dei wara li sofriet xi ġrieħi waqt li kienet qed tilgħab biswit ir-residenza tagħha, fi Triq Robert Mifsud Bonnici, f’Ħal Lija.
Il-Pulizija minnufih bdiet bl-investigazzjonijiet u minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġt ibniet kienu qed jilagħbu ma’ struttura tal-ħadid fi grawnd tal-basketball, li għal xi raġuni nqalbet fuq waħda mit-tfal.
Qraba tat-tifla ta’ 6 snin li kienu fil-qrib ħaduha mill-ewwel l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard hija kienet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.
It-tifla l-oħra li għandha 7 snin ma weġġgħetx.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.
//= $special ?>