Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, kompliew jinstemgħu l-provi fil-konfront tal-eks deputat Laburista t-Tabib Silvio Grixti li flimkien ma’ Dustin Caruana, Manuel Spagnol, Luke Saliba u Roger Agius li fost oħrajn jinsabu mixlija b’ħasil ta’ flus, frodi u organizzazzjoni kriminali. Grixti qed jiġi mixli li huwa wieħed mill-imħuh wara din l-organizzazzjoni kriminali.
Fis-seduta tat-Tnejn xehdu żewg rappreżentanti ta’ Transport Malta. Id-Deputat Kap Gilbert Aguis, ikkonferma li l-firma tiegħu ġiet iffalsifikata f’ittra li l-prosekuzzjoni ppreżentat fil-Qorti bħala prova. Tenna li l-għan wara l-ittra kien li wieħed mill-akkużat Luke Saliba jirċievi assistenza medika.
Uffiċhal ieħor fi ħdan l-istess entità xehed li ma kien hemm l-ebda bidliet fl-istatus tal-liċenzji ta’ Luke Saliba u Roger Aguis. Qal li l-liċenzji taż-żewg akkużati għadhom validi sal-lum il-ġurnata, u dan minkejja li t-tnejn allegatament irċevew benefiċċji soċjali għad-diżabbilta’ severa li qalu li għandhom.
L-Avukati Micheal Sciriha, Lucio Sciriha u Roberto Spiteri qed jidhru għal Caruana u Spagnol. L-Avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta qed jidhru għal Agius filwaqt li l-Avukati Arthur Azzopardi u Franco Debono qed jidhru għat-Tabib Grixti. Għal Saliba qed jidhru l-Avukati Josè Herrera u Matthew Xuereb.Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Abigail Caruana Vella u Charmaine Abdilla mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispetturi Andy Rotin, Wayne Borg u Shaun Friggieri. Għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed tidher l-Avukat Anita Giordimaina.
//= $special ?>