Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’urġenza wara li nqalbu bil-karozza fis-Salini.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħaxija meta karozza tal-għamla Nissan double cabin kienet involuta f’inċident ma’ karozza tal-għamla Citroen C3.
Is-sewwieqa ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa filwaqt li s-sewwieq tas-Citroen ma ġarrab l-ebda ġrieħi.
//= $special ?>