Eks segretarju permanenti li rriżenja wara li ġie akkużat dwar il-ftehim frawdolenti tal-isptar Vitals qed jitlob għad-danni mingħand wieħed mill-esperti maħtura mill-maġistrati inkwirenti, billi qed isostni li r-rapport tal-espert kien inferjuri u mimli żbalji.
Dan jirriżulta minn ittra ġudizzjarja ppreżentata dalgħodu kontra Jeremy Harbinson u Harbinson Forensics Limited mill-avukati ta’ Ronald Mizzi. “Ir-rapport tal-espert huwa mimli żbalji tekniċi, żbalji fattwali, selettivit fil-ġbir tal-evidenza, konġettura ipotetika żbaljata nieqsa minn kwalunkwe bażi u nuqqasijiet serji oħra li huma dokumentati tajjeb.”
Mizzi informa wkoll lill-Qorti li d-ditta tal-forensika Irlandiża bħalissa tinsab fil-proċess li tieqaf topera b’mod volontarju, proċess li beda fil-11 ta’ Ottubru, skont riżoluzzjoni ffirmata minn Harbinson innifsu. L-ittra ntbagħtet ukoll lil-likwidatur sabiex ikun formalment reġistrat bħala kreditur, li għalih il-konvenuti jibqgħu responsabbli direttament u bla limitu għad-danni.
L-Avukati Stefano Filletti u Maurice Meli ffirmaw l-ittra ġudizzjarja.
//= $special ?>