Lokali

Il-Kunsill Lokali tal-Imsida jibqa’ sod fil-pożizzjoni kontra l-bini ta’ flyover fiċ-ċentru tal-Imsida

Il-Kunsill Lokali tal-Imsida jibqa’ sod fil-pożizzjoni li ħa kontra l-flyover ppjanta fiċ-ċentru tal-Imsida.

Wara l-istqarrija tal-bieraħ tas-CEO ta’ Infrastructure Malta Steve Ellul li Infrastructure Malta beħsiebha tibqa’ għaddejja bil-bini tal-flyover, il-Kunsill jagħmilha ċara daqs il-kristall li l-pożizzjoni tiegħu tibqa’ kompletament kontra l-bini ta’ din il-flyover.

Il-Kunsill għadu qed jistenna laqgħa ma’ Infrastructure Malta mitluba ġimgħat ilu wara li ttieħdet il-pożizzjoni uffiċjali kontra l-bini tal-flyover. Xogħol il-kunsill hu li jħares l-interessi tal-Misidjani kollha, u hekk ser jibqa’ jagħmel.