Bernard Grech laqa’ l-istedina ta’ Isabelle Bonnici sabiex jiddiskutu materja importanti li qed tipproponi b’rabta ma’ tibdil fil-liġi li tirregola l-Inkjesti.
Isabelle qed titlob lill-politiċi sabiex jiddiskutu u jdaħħlu fis-seħħ il-possibbiltà li l-qraba, ta’ vittmi li jmutu mewta mhux naturali, ikollhom aċċess għar-rapport tal-Inkjesta b’rabta ma’ din il-mewta u tkun ukoll pubblika. Din dejjem jekk tkun ix-xewqa tal-qraba.
Ilbieraħ Isabelle ltaqgħet mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, u d-deputati Nazzjonalisti Carol Aquilina u Jerome Caruana Cilia fejn saret talba biex din il-materja tiġi diskussa mal-Gvern fil-Parlament.
Wara li ġie spjegat x’qed ikun propost, Isabelle appellat sabiex iż-żewġ partiti jaħdmu flimkien favur il-vittmi ta’ dawn l-imwiet mhux naturali.
Isabelle qalet li hi tinsab fiduċjuża li pajjiżna jasal għall-bidla sabiex titnaqqas it-tbatija u l-inġustizzja fis-sistema.
Permezz ta’ post fuq Facebook, Isabelle mill-ġdid appellat lil Robert Abela sabiex jaċċetta laqgħa magħha ħalli tispjega din il-proposta. Dan hekk kif jidher li s’issa ma kienx hemm komunikazzjoni minn naħa tal-Gvern ma’ Isabelle.
//= $special ?>