Ir-residenti jinsabu urtati għall-fatt li l-Gvern ser jgħaddi romblu minn fuq il-Misidjani kollha. Dan b’reazzjoni għad-deċiżjoni ta’ Infrastructure Malta li tkompli għaddejja bil-pjanijiet ta’ flyover fil-qalba tal-Imsida – minkejja l-oġġezzjonijiet tal-Kunsill u l-istess residenti.
Il-Kap Eżekuttiv il-ġdid ta’ Infrastrcture Malta Steve Ellul sostna li x-xogħlijiet ser jibdew kif skedat mill-ewwel ġimgħa ta’ Novembru, bil-proġett suppost jitlesta fl-2027. Iżda dan il-kliem sabiħ donnu ftit li xejn qed jimpressjoni lir-residenti tal-Imsida… li se jispiċċaw bil-flyover għolja madwar tliet sulari, li se tordom ic-centru tal-lokalità.
Is-Sindku Nazzjonalista tal-Imsida Charles Selvaggi fisser kif il-Kunsill talab laqgħa urġenti mal-Ministru Chris Bonnet dwar din il-kwistjoni kontroversjali. Għalkemm huwa evidenti li l-Prim Ministru jrid jibqa’ għaddej bil-pjan tal-Gvern.
Għalkemm il-Kunsill Lokali tal-Imsida huwa favur dan il-proġett; il-Kunsill flimkien mar-residenti wrew tħassib kbir għall-flyover innifisha – hekk kif iz-zona ta’ fejn il-Knisja se tispiċċa fgata bil-flyover li se tkun qed tgħaddi minn nofs din iz-zona.
Apparti minn hekk, dokumenti li għandu f’idejh dan l-istazzjoni jikkonfermaw li l-għoli tal-flyover se togħla madwar tliet sulari… u għalhekk il-proġett se jiġi aktar massiċċ minn dak li kien propost oriġinarjament.
//= $special ?>