Waqt li kienu għaddejjin ix-xogħlijiet fuq parkeġġ biswit l-Isptar Mater Dei li qed isiru mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, instab qabar Puniku ta’ madwar 2,300 sena ilu.
Fi stqarrija, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi spjegat li nstabu oqbra li fihom fdalijiet umani, urni u artifatti. Preżenti waqt ix-xogħlijiet kien hemm is-Supretendenza għall-Wirt Kulturali li qed tissorvelja x-xogħlijiet u tistudja l-affarijiet li jinstabu.
Ġie spjegat li issa li tneħħew il-fdalijiet umani u l-artifatti mis-sit, se jitkompla x-xogħol fuq il-parkeġġ li se jkun jiflaħ mal-130 karozza. Ix-xogħol kollu se jibqa’ jiġi ssorveljat mis-Supretendenza għall-Wirt Kulturali.
Kemm il-fdalijiet umani kif ukoll l-artifatti ttieħdu f’laboratorju biex isiru aktar studji, fejn se jipprovdu aktar għarfien dwar komunitajiet li kienu jgħixu fil-Gżejjer Maltin.
//= $special ?>