Għat-tieni darba fl-istess sena, l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun ser tesebixxi l-kultura tagħna barra minn xtutna. Dan għax wara li żaret il-villaġġ ta’ Lourdes fi Franza f’April li għadda, issa wkoll, bejn it 12 ta’ Novembru u 16 ta’ Novembru, ser iżżur post ieħor marbut mal-Madonna.
Fil-fatt, l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni ser tkun qed tieħu sehem f’quddiesa bil-Malti fil-post fejn dehret il-Madonna ġewwa Fatima. Sadanittant ser torganizza wkoll kunċert fil-knisja ta’ San Sebastjan f’Lisbona.
Dawn il-mawriet barra minn xtutna huma parti mill-programm tal-attivitajiet tal-45 sena mit-twaqqif ta’ din l-istess banda u fl-istess ħin sabiex niċċelebraw il-170 sena mid-Domma tal-Immakulata Kunċizzjoni.
Il-paġna ta’ facebook tal-Għaqda Mużikali se taġġorna b’dak li jkun qed isir ġewwa l-Portugal.
//= $special ?>