Internazzjonali

Mużika: Tislima lil Paul Di’Anno, il-kantant oriġinali ta’ Iron Maiden

Id-Dinja tar-Rock fuq stil Heavy Metal tilfet ikonu ieħor bil-mewt ta’ Paul Di’Anno, il-kantant oriġinali tal-grupp Iron Maiden, fl-età ta’ 66 sena.

Di’ Anno – ismu proprju Paul Andrews – kien il-protgonista fuq l-ewwel żewġ albums tal-grupp, Iron Maiden u Killers, li mal-ewwel wittew it-triq għal snin ta’ suċċessi kbar għall-grupp fiċ-charts tar-Renju Unit,

Paul Di’Anno kien telaq lil Iron Maiden fl-1981 u meta postu ħadu l-kantant leġġendarju Bruce Dickinson; wieħed mill-aktar ismijiet magħrufin tar-Rock.

Intant, Dickinson u l-membri attwali ta’ Iron Maiden kollha esprimew dieqa kbira għat-telfa ta’ ‘ħabib u kantant straordinarju’ bi kliem ieħor ta’ tifħir għal Di’Ann jaslu wkoll mingħand il-kantanti u gruppi kbar oħrajn sinonimi ma’ dan il-ġeneru ta’ mużika.