Wara li fl-aħħar xhur Net News żvela għadd ta’ stejjer b’rabta ma’ dak li qed iseħħ fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Net News ġie mgħarraf li wħud mill-priġunieri li kienu qed jikkomunikaw ma’ ġurnalisti tagħna tneħħielhom l-aċċess li jikkomunikaw magħna.
Fil-fatt, għadd ta’ priġunieri li pprovaw jagħmlu kuntatt mal-ġurnalisti tagħna sabu li n-numru tat-telephone li kienu qed jużaw, ġie mblukkat f’dawn l-aħħar jiem.
Dan ifisser li issa l-midja mhux talli mhix tingħata aċċess biex tidħol fil-ħabs ta’ Kordin, iżda anke qed tittiħdilha l-libertà li tkellem lill-priġunieri permezz ta’ sempliċi telefonata.
Intant, fl-aħħar jiem ix-Shadow Minister, Darren Carabott permezz ta’ post fuq Facebook qal li hu ilu mill-14 ta’ Mejju jitlob sabiex iżur lill-gwardjani, staff u priġunieri fil-ħabs ta’ Kordin iżda sal-lum għadu ma rċiviex rispost jew ngħata aċċess biex jagħmel dan.
//= $special ?>