Darren Carabott, PN
Ix-Shadow Minister għall-Intern Darren Carabott qal fl-Aġġornament tal-Parlament li hemm problemi ta’ sigurtà fl-ewwel distrett li jeħtieġu azzjoni immedjata.
Darren Carabott qal li fl-ewwel distrett, is-sigurtà hi wieħed mill-iktar suġġetti diskussi u sostna li l-lokalitajiet f’dan id-disrrett ħadu timbru ikrah minħabba inċidenti li nqalgħu. Dawn huma realtajiet li fihom uffiċjali tal-pulizija jiġu attakki u anzjani huma mbeżża’ fi djarhom. Dan filwaqt li l-Prim Ministru stess ammetta li ma jafdax lit-tifla tiegħu timxi fit-toroq ta’ dan id-distrett u kien hemm nies li ma sabux għajnuna mill-pulizija minħabba nuqqas ta’ riżorsi fil-Korp tal-Pulizija.
Id-deputat Nazzjonalista qal li f’dan id-distrett hemm densità u popolazzjoni daqs lokalitajiet oħra, iżda hu fil-fatt wieħed mill-iżgħar distretti bħala daqs. Darren Carabott qal li dan hu distrett mimli kultura storika li ma jistax jibqa’ jaċċetta din is-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ sigurtà. Ma jistax ikun hemm xniegħat li ma’ dan distrett, il-Belt u l-Ħamurn se jkunu fl-istess distrett tal-Pulizija għaliex dawn huma żewġ lokalitajiet kbar wisq biex jitpoġġew flimkien.
Darren Carabott qal li gvern ġdid Nazzjonalista jalloka l-fondi neċessarji biex ikun hemm għases miftuħa u iktar riżorsi fil-Korp tal-Pulizija. Hu ħażin li r-riżenji fil-Korp tal-Pulizija qed jiżdiedu, sostna Darren Carabott, li kkritika d-deċiżjoni li l-paga tal-Kummissarju tal-Pulizija titla’ iktar minn €107,000. Dan meta l-kundizzjonijiet fil-Korp tal-Pulizija sejrin għall-agħar.
//= $special ?>