Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Pass pass, jekk titla’ t-taraġ tiġri, taf taqa’ u ma terġax titla'” – Ronald Saliba

Illejla fil-programm PROFILI se jkollna lil Ronald Saliba fejn se jkun qed jaqsam magħna għadd ta’ episodji ta’ ħajtu f’siegħa diskussjoni.

Il-ħajja tiegħu f’Ħaż-Żebbuġ, kittieb tad-drammi u wara attur, se jkun il-qofol tal-ewwel biċċa tal-programm, sakemm imbagħad fit-tieni parti se nkunu qed nidħlu f’aktar dettall dwar il-ħidma tiegħu f’għadd ta’ serje, inkluż Villa Sunset, Ipokriti u f’Baħar Wieħed fuq Net Television.

Se nkunu wkoll qed inħarsu lejn is-suċċess tas-serje Nostalġija.

PROFILI se jkun qed jixxandar fit-8.30pm, u l-programm għandu l-produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela.