Fil-Bernabeu rimonta minn Real Madrid fuq Borussia Dortmund bl-iskor ta’ 5-2. Dortmund minn fuq wara nofs siegħa logħob b’gowls minn Doniyell Malen u Jamie Gittens. Fis-60 minuta Antonio Rudiger naqqas id-distakk, b’Vinicus Junior jikseb id-draw żewp minuti wara. Real Madrid fil-vantaġġ fit-83 minuta minn Lucas Vasquez qabel tliet minuti wara reġa’ kien Vinicius Junior li skorja u ssiġilla r-rebħa.
Fl-Emirates Stadium rebħa minima ta’ 1-0 għal Arsenal fuq it-tim Ukren ta’ Shaktar Donetsk. Minkejja li din ma kenitx l-aħjar prestazzjoni ta’ Arsenal, huma rnexxielhom iżommu l-gowl tagħhom biex issa għandhom 7 punti mill-ewwel tliet partiti. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjat fid-29 minuta meta x-xutt ta’ Gabriel Martinelli ħabat mal-lasta, ixxellef ma dahar il-goalkeeper Riznyk u spiċċa fix-xibka.
F’San Siro rebħa importanti għal Milan fuq Club Brugge bl-iskor ta’ 3-1. Christian Pulisic fetaħ l-iskor fl-34 minuta b’Kyriani Sabbe jikseb id-draw fil-51 minuta. Milan għalqu l-partita b’doppjetta ta’ Tijani Reijnders fil-61 u fil-71 minuta rispettivament, bi Francesco Camarda jkollu gowl imħassar mill-VAR fis-87 minuta.
Riżultati
Milan v C.Brugge 3-1, Monaco v C.Zvezda 5-1, Arsenal v Shaktar D. 1-0, Aston Villa v Bologna 2-0, Girona v S.Bratislava 2-0, Juventus v Stuttgart 0-1, PSG v PSV 1-1, R.Madrid v B.Dortmund 5-2, S.Gruz v Sporting 0-2
Illum
Atalanta v Celtic 6.45pm, Brest v B.Leverkusen 6.45pm, A.Madrid v Lille 9.00pm, Barcelona v B.Munich 9.00pm, Benfica v Feyenoord 9.00pm, Man City v S.Prague 9.00pm, RB Leipzig v Liverpool 9.00pm, RB Salzburg v D.Zagreb 9.00pm, Young Boys v Inter 9.00pm
//= $special ?>