Vuk Millic, Serb ta’ 23 sena wieġeb mhux ħati li qatel lil Jesmond Gatt ta’ 54 sena, f’Lulju li għadda, fit-Taqsima Forensika f’Monte Carmeli.
Gatt kien instab f’għadira demm mill-uffiċjali, u kien miet ftit tal-jiem wara kaġun ta’ ġrieħi li sofra f’rasu.
L-Avukat Franco Debono qiegħed jidher f’isem il-vittma.
Il-każ qiegħed jinstema’ quddiem il-Maġistrat Nadine Sant Lia.
//= $special ?>