Il-holders GREE Żurrieq Wolves Hotsticks spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Floriana Young Stars fil-logħba prinċipali taċ-Challenge Cup, l-ewwel kompetizzjoni tal-istaġun organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey.
Wara skor ta’ mingħajr gowls fl-ewwel quarter, Żurrieq marru minn fuq permezz ta’ Christ Agius sabiex fir-raba’ quarter Anton Saliba ġab l-iskor indaqs.
L-umpires kienu John Williams u Keith Calleja.
Rebħa kbira
Qormi Daikin kisbu rebħa kbira ta’ 11-2 kontra White Hart. Kif jindika r-riżultat, il-Qriema ddominaw mill-bidu sal-aħħar dan il-konfront b’White Hart li kellhom is-sodisfazzjon li jiskorjaw żewġ gowls.
Luke Bajada skorja tripletta, Julian Zahra skorja żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Ayrton Falzon, Juan Sarcia, Steve Tanti, Wyatt Magri, Kyle Micallef u Shawn Dimech żiedu aktar gowls.
L-umpire kien Alessandro Amore.
Kampjonat ta’ taħt it-18-il sena
Mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Marsaskala Heat 4-2. Wyatt Magri skorja doppjetta b’Jannick Schradder u Neil Spiteri Montebello li żiedu l-iskor għar-rebbieħa. Jerome Carabott skorja doppjetta għal Marsaskala.
L-umpire kien Karl Chircop.
Kampjonat ta’ taħt is-16-il sena
Beda l-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena, b’Marsaskala Heat għelbu lil Floriana Young Stars 6-0. Protagonista għall-Iskalin kien Cayleb Caruana li skorja erba’ gowls filwaqt li Shezlyane Galea Calleja u Alessandro Piscopo għaqqdu l-iskor għat-tim tiegħu.
L-umpires kienu Oscar Toledano u Glen Bonello.
//= $special ?>