Matul it-tielet kwart tal-2024, l-istokk tal-vetturi bil-liċenzja żdied bi 3,030 fuq it-tliet xhur taʼ qabel. Fl-istess perjodu, l-istokk tal-vetturi bil-liċenzja żdied b’medja netta taʼ 33 vettura kuljum. Il-biċċa l-kbira tal-vetturi bʼliċenzja ġdida, 3,579 jew 63.7 fil-mija tat-total, kienu karozzi tal-passiġġieri; warajhom kien hemm il-muturi/roti megħjunin bʼenerġija elettrika b’1,114 jew 19.8 fil-mija.
Magni li jitħaddmu bil-petrol kienu jgħoddu 58.4 fil-mija tat-total. Warajhom, kien hemm magni li jitħaddmu bid-diesel (35.3 fil-mija) u magni li jitħaddmu bl-elettriku u plug-in hybrid (3.6 fil-mija).
Meta mqabblin mat-tieni kwart tal-2024, kienu rreġistrati żidiet taʼ 9.4 fil-mija, 9.1 fil-mija u 5.6 fil-mija fl-għadd taʼ vetturi li jitħaddmu bl-elettriku, vetturi plug-in hybrid li jitħaddmu bid-diesil u l-elettriku, u vetturi mild hybrid li jitħaddmu bil-petrol u l-elettriku, rispettivament.
//= $special ?>