Lokali

Il-Kunsill Lokali tal-Floriana jikkundanna n-nuqqas ta’ konsultazzjoni dwar il-proġett pilota ta’ Triq Sant’Anna

Il-Kunsill Lokali tal-Floriana esprima d-diżapprovazzjoni tiegħu wara li ġie infurmat permezz tal-midja dwar il-proġett pilota li se tara Triq Sant’ Anna, fil-Furjana, mingħajr karozzi fi ġranet partikolari fl-2025.

Intant, il-Kunsill Lokali tal-Furjana saħaq li saret biss laqgħa waħda snin ilu bejn il-Ministeru tal-Ambjent u l-Kunsill Lokali dwar Triq Sant’Anna, u minn dakinhar ‘il hawn, ma kienx hemm aktar diskussjonijiet.

Il-Kunsill Lokali kkritika n-nuqqas ta’ konsultazzjoni tal-awtoritajiet mal-komunità Furjaniża u talab għal laqgħa mal-Ministeru konċernat sabiex jiġu diskuss l-effetti ta’ dan il-proġett fuq ir-residenti u ankè fuq n-negozji ta’ din il-lokalità.