Lokali

Il-Membri tal-Oppożizzjoni fil-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jitolbu laqgħa urġenti tal-Kumitat – PN

Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li jkun ippubblikat ir-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika dwar favuritiżmi u abbuż ta’ poter mill-Ministru Clayton Bartolo u mill-Ministru Clint Camilleri.

Il-Membri tal-Oppożizzjoni fil-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika Ryan Callus u Mark Anthony Sammut talbu li l-Kumitat jiltaqa’ b’mod urġenti sabiex jippubblika r-rapport li ntbagħat għand il-Kumitat mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.

Bil-liġi, il-Kummissarju jibgħat ir-rapporti tiegħu lill-Kumitat biss meta jkun ikkonkluda li l-allegazzjoni li jkun qed jinvestiga tidher li prima facie tikkostitwixxi ksur ta’ liġi jew ta’ xi dmir statutorju jew etiku kif previst taħt l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika jew taħt xi liġi oħra.