Lokali Mużika

Kanzunetta ġdida minn Mike Spiteri

Noel D’Anastas

“Għidli” hija l-kanzunetta ġdida ta’ Mike Spiteri li għandha versi ta’ Doreen Galea u mużika ta’ Sammy Galea. Il-kanzunetta għandha arranġamenti mużikali ta’ Dominic Galea u Aleandro Spiteri Monsigneur filwaqt li fir-recording ħadu sehem diversi mużiċisti: Dominic Galea (pjanu), Luca Colombo (kitarra), Aleandro Spiteri Monsigneur (keyboards/bass), Melchior Busuttil (drums), u Angela Tirchett u Janice Debattista (backing vocals).

“Għidli” għandha produzzjoni ta’ Monalito Galea fl-istudio Lito’s Place. Il-kanzunetta qed titwassal b’video mużikali minn Nest Creative Lab. Hija ballad konvenżjonali tajba, mexxejja b’solo bil-kitarra li jispikka. Il-vuċi tipika ta’ Mike tiddomina, speċjalment f’mumenti dinamiċi.

“Għidli” ħa tkompli mal-kullana ta’ kanzunetti sbieħ fir-ripertorju ta’ Mike Spiteri.