Waqt xiehda li kienet qed tingħata fil-Qorti, is-Supretendent Savior Baldacchino kkonferma li l-kuntistabbli Clive Mallia kien l-ewwel li għamel kuntatt fiżiku mal-persuni involuti fl-aggressjoni tal-Ħamrun – każ li seħħ fil-21 ta’ Settembru li għadda.
Waqt li kien qed iwieġeb domandi tal-avukat Franco Debono, is-Supredentent Baldacchino qal li l-uffiċjal kien l-ewwel li għamel kuntatt. Iżda l-Pulizija għandu awtorità li juża forza f’ċertu sitwazzjonijiet. Hu qal ukoll li l-akkużati ma kenux aġitati, sakemm is-sitwazzjoni eskalat u ġew fl-idejn.
Ix-xhud tenna li skont hu, ma fiha xejn ħażin li Mallia uża lingwaġġ baxx fil-mod kif beda jindirizza lill-akkużati. Għalkemm qal li hu persunalment ma kienx juża dak il-kliem.
Is-Supredentent Baldacchino tefa’ dawl fuq il-fatt li dak ix-xenarju partikolari poġġa pressjoni fuq il-Pulizija. Bis-sitwazzjoni mhux biss teskala, iżda tħalli lill-kuntistabbli Mallia mdawwar minn numru ta’ individwi.
Dwar dan il-każ, hemm ħames persuni li qed jaffaċċjaw akkużi fil-Qorti – Elton Borg, Erica Borg, Kurt Borg, Redeemer Aquilina u Christian Mansueto.
//= $special ?>