Team Coca Cola rebħu l-King of Sweden Cup meta kisbu l-punti massimi mill-erba’ chukkas li lagħbu. Dan it-tim kien magħmul minn Greg Gera, Sarah Manduca, Simon Psaila u Matthew Borg.
Team Coca Cola għelbu lil Team Finestral 5-2 u lil Team Stella Artois 3-2 sabiex kisbu punti massimi minn din il-kompetizzjoni li ilha ssir għal ħafna snin.
F’żewġ chukkas oħra li ntlagħbu, Team Stella Artois spiċċaw fit-tieni post wara li rebħu 2-0 lil Team Finestral.
Team Finestral kien kompost minn Jeremy Besancon, Bradlee Farrugia, Ivan Camilleri u Matthew Grech filwaqt li Martin Arrigo, Chris Delia, Jean Vella u Luca Gatt Pace More ffurmaw Team Stella Artois.
L-umpires ta’ dawn is-sitt chukkas kienu Gaston Etcheberry u Mark Darmanin, bit-tielet uffiċjal li kien Philip Wismayer.
Din il-kompetizzjoni saret bl-appoġġ ta’ EquestriMalta.
//= $special ?>