Tliet timijiet jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Enemed Futsal League meta kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva tagħhom.
Iċ-champions Luxol ixxalaw u għelbu lil GŻR Luxol St Andrew’s 18-3. Kif jindika l-iskor, it-tim minn St Andrew’s iddomina mill-bidu sal-aħħar din il-partita b’erba’ plejers jiskorjaw tripletta kull wieħed, iġifieri Luke Gatt, Victor Dias, Maicon u Lucas Nunes. Felipe de Oliveira skorja doppjetta filwaqt li Marwan Telisi, Jhon Castro u Nathan Cope għaqqdu l-iskor għat-tim tiegħu.
GŻR Birżebbuġa skorjaw it-tliet gowls tagħhom permezz ta’ Cristian Camilo Dias.
Ir-referees kienu Andrea Naudi u Danilo Francalanza.
Rebħa komda
Marsaskala Futsal Legends kisbu rebħa komda ta’ 5-0 kontra s-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena.
L-Iskalin, li kienu qed jiksbu t-tieni rebħa konsekuttiva, kellhom lil Cristian Fernandez, Amir Ashtiyani, Nathan Sammut Mock u Bertram Azzopardi li skorjaw gowl kull wieħed filwaqt li Essien Borg wettaq awtogowl.
Referees kienu Marco La Rosa u Pierre Bonnici.
Jiskurjaw fil-mumenti kruċjali
University of Malta kisbu rebħa tajba ta’ 5-0 kontra d-debuttanti Ħamrun SC. L-Universitarji ħadu vantaġġ u skorjaw fil-mumenti kruċjali tal-logħba sabiex huma jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika. Aaron Montebello, Andre Cachia, Cleavon Portelli, Steven Camilleri u l-goalkeeper Stefan Vella kienu l-iskorers għall-Università ta’ Malta.
Ir-referees kienu Clinton Cassar u Andrea Naudi.
Rebħa oħra kbira
Ta’ Xbiex Futsal kisbu rebħa kbira ta’ 15-4 kontra s-selezzjoni Maltija ta’ taħt is-17-il sena. Juan David Bautista Conde skorja ħames gowls, Giancarlo Sammut kien awtur ta’ poker filwaqt li Bernardo Rosa wettaq tripletta personali. Misa Spajic, Matthias Camilleri u Valen Petri Mackay komplew jiskorjaw aktar gowls għat-tim minn Ta’ Xbiex.
Iż-żgħażagħ Maltin skorjaw b’doppjetta ta’ Maksim Radojevic filwaqt li Andrew Grima u Aeneas Farrugia żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Ir-referees kienu Stephen Vella u Clinton Cassar.
//= $special ?>