Internazzjonali

UE: Taħt analiżi… l-abbużi tad-drittijiet umani fit-Tuneżija

L-Ombudsman Ewropew, Emily O’Reilly, sejħet għal ‘livell konkret ta’ kriterja’ li kapaċi jwassal  għas-sospensjoni tal-fondi tal-Unjoni Ewropea għat-Tuneżija fil-każ tal-abbużi tad-drittijiet umani f’dan il-pajjiż Għarbi.

Dan meta l-ftehim kontroversjali ffirmat f’Lulju tal-2023 bejn l-UE u t-Tuneżija spiċċa mill-ġdid taħt l-iskrutinju minħabba s-sitwazzjoni tad-drittijiet umani fil-pajjiż inkwistjoni u fost in-nuqqas tat-trasparenza min-naħa ta’ Brussell.

L-inkjesta mill-Ombudsman sostniet li impossibbli biex wieħed jinjora r-rapporti inkwetanti u kontinwi dwar is-sitwazzjoni fit-Tuneżija u partikularment fejn jidħol it-trattament tal-immigranti.

Fl-istess ħin, l-awtoritajiet Tuneżini huma akkużati dwar is-swat ta’ persuni miżmuma taħt arrest, kif ukoll dwar sitwazzjonijiet ta’ arresti artbitrarji, it-tkeċċijiet tan-nies mill-pajjiż bħala ‘kollettiv u azzjonijiet diskriminatorji fil-konfront tal-Afrikani li ġejjin mir-reġjuni taħt is-Saħara.