Futbol Sport

Valletta jkomplu jirbħu u għadhom ma sofrewx gowl wara erba’ partiti

Fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet, irritorna l-BOV Challenge League bir-raba’ ġurnata minn dan il-Kampjonat.

Valletta komplew isaħħu posthom fil-quċċata tal-klassifika b’rebħa ta’ 3-0 kontra Santa Lucija filwaqt li nrnexxilhom iżommu l-pass Marsa u Pietá Hotspurs li kisbu t-tielet rebħa wara erba’ partiti u b’hekk jinsabu fit-tieni post, bi tliet punti taħt il-leaders attwali tal-Kampjonat, Valletta.

Permezz ta’ dan il-filmat ta’ hawn taħt, ara l-21 gowl skorjat fir-raba’ ġurnata tal-BOV Challenge League.