Tal-anqas 17-il Palestinjan inqatlu, inkluż tarbija ta’ 11-il xahar, u 32 oħra sfaw midruba f’attakk Iżraeljan fuq skola fiċ-ċentru ta’ Gaza.
Din ma kinitx l-ewwel darba li l-forzi Iżraeljani mmiraw lejn binja edukattiva – skola li fiha kinet tilqa’ eluf ta’ familji li jinsabu f’refuġju.
F’dan ir-raid kien hemm diversi kampijiet u xelters li wkoll intlaqtu ripetutament.
Il-Forzi tad-Difiża Iżraeljani qalu li l-qawwiet tal-ajru wettqu attakk fuq it-terroristi tal-Hamas, li kienu qed joperaw f’ċentru ta’ kmand f’din iz-zona.
Huma qalu wkoll li ċ-ċentru qabel serva bħala l-iskola Shuhada al-Nuseirat, iżda issa kien qed jintuża mill-Hamas “biex jippjana u jesegwixxi attakki terroristiċi kontra truppi tal-IDF u l-istat ta’ Iżrael”.
Uħud mill-persuni li weġġgħu f’dan l-attakk jinsabu f’qagħda kritika.
Intant, jidher li hemm nuqqas ta’ provvisti mediċinali sabiex jittrattaw il-midruba, u għalhekk qed jistennew li n-numru ta’ vittmi jiżdiedu fis-sigħat li ġejjien.
Fuq ix-xaqliba l-oħra ta’ Iżrael… il-Ministeru tas-Saħħa tal-Libanu qal li mill-inqas persuna waħda nqatlet u ħamsa oħra sfaw midruba hekk kif l-Iżraeljani wettqu aktar minn 17-il attakk fuq is-subborgi tan-Nofsinhar ta’ Beirut matul il-lejl, filwaqt li saru rejds f’sitt binjiet mingħajr twissija. Esperti jigħdu li l-gwerra ma tidhirx li se tbatti, għaliex l-ebda parti ma trid iċċedi.