David Agius hu l-president il-ġdid tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey. Dan kien deċiż waqt laqgħa ġenerali straordinarja msejħa t-Tnejn filgħaxija. Agius se jkun qed jieħu post Gordon Mifsud li kien ilu f’din il-kariga għal sitt snin.
Sadanittant, ġie iffurmat ukoll il-kumitat eżekuttiv hekk kif Dario Cacopardo se jkun is-segretarju tal-Assoċjazzjoni filwaqt li bħala membri hemm Alessandro Amore, Andre Ghio u Dr Ralph Agius Fernandez.
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey ilha mwaqqfa sa mis-sena 1968.
//= $special ?>