Matul l-2022-2023, l-għadd ta’ studenti mhux Maltin irreġistrati fl-edukazzjoni ta’ minn qabel il-primarja sas-sekondarja żdied bi 15.6 fil-mija meta mqabbel mas-sena akkademika ta’ qabel.
Skont ċifri maħruġa mill-NSO, il-biċċa l-kbira tal-istudenti mhux Maltin attendew istituzzjonijiet immexxija mill-Istat jew privati.
Wieħed minn kull erbaʼ studenti li kienu rreġistrati fʼistituzzjonijiet privati ma kinux Maltin (25.0 fil-mija), filwaqt li dawn ammontaw għal 21.1 fil-mija fl-istituzzjonijiet immexxija mill-Istat.
Il-maġġoranza assoluta tal-istudenti rreġistrati f’istituzzjonijiet immexxija mill-Knisja kienu Maltin (99.0 fil-mija).
Matul l-2022-2023, 63.5 fil-mija tal-istudenti mhux Maltin irreġistrati fl-edukazzjoni ta’ minn qabel il-primarja sas-sekondarja kienu ċittadini ġejjin minn pajjiżi terzi.
Intant, dawn l-istess ċifri juru wkoll li l-maġġoranza tal-istudenti rreġistrati fl-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja, tal-primarja u tas-sekondarja kienu subien (51.9 fil-mija).
//= $special ?>