Illum, għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Andrea Debono, in-Naxxar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn Taljan ta’ 47 sena residenti Birkirkara, u vann Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 25 sena residenti n-Naxxar.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>