Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Fgura 2024 ser jittella’ l-kunċert mużikali “Let There Be Music” fil-knisja tal-lokal għada l-Ġimgħa, 25 ta’ Ottubru, fis-7.30pm.
Waqt il-kunċert bl-orkestra ta’ madwar 45 mużicist u kor taħt id-direzzjoni ta’ Simon Ellul, ser tindaqq ‘Trafalgar 1805’, kompożizzjoni oriġinali ta’ Ellul li tirrakkonta b’mod mużikali l-Battalja ta’ Trafalgar li seħħet fl-1805 bejn il-flotta Ingliża u l-flotot ta’ Franza u Spanja, f’Cape Trafalgar.
Mal-orkestra jieħdu sehem is-Sopran Lara Azzopardi, il-kantanta Maria Zahra Brincat u t-Tenur Aldo Busuttil.
Uħud mill-mużika li ser tindaqq waqt il-kunċert jinkludu ‘Music of the Night’ mill-musical ‘Phantom of the Opera’, ‘Con te Partiro’, ‘Vivo per Lei’ u ‘Don’t Cry for Me Argentina’ mill-musical ‘Evita’.
Il-kunċert se jittella’ mill-Kunsillier Mark Lombardo responsabbli mill-Edukazzjoni u Jum il-Fgura.

Lara Azzopardi, Maria Zahra Brincat u Aldo Busuttil.

Il-poster għal Jum il-Fgura 2024
//= $special ?>