Il-Maġistrat Monica Vella tat il-libertà proviżorja lill-ħames persuni li jinsabu implikati fil-każ tal-ġlieda tal-Ħamrun – każ li seħħ fil-21 ta’ Settembru li għadda.
Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet, wara argumenti b’saħħithom li saru mill-avukati tad-difiża.
B’rabta ma’ din l-allegata aggressjoni fuq żewġ uffiċjali tal-Pulizija, hemm implikati ħames persuni li qed jaffaċċjaw akkużi fil-Qorti – Elton Borg, Erica Borg, Kurt Borg, Redeemer Aquilina u Christian Mansueto.
Għall-akkużati qed jidhru l-avukati Franco Debono, Arthur Azzopardi, Jacob Magri, Charles Mercieca, Mario Mifsud, Nicholas Mifsud, Alex Scerri Herrera u Matthew Xuereb filwaqt li għaż-żewg kuntistabbli qed jidher l-Avukat Herman Mula.
//= $special ?>