Lokali

Il-Ministru Clayton Bartolo jikkonferma li hemm min ma tħallasx

Konferma, mill-Gvern stess, li hemm min għadu ma tħallasx.

Dan ikkonfermah il-Ministru Clayton Bartolo, meta affaċċjat bil-mistoqsijiet ta’ Net News fuq il-fatt li l-professjonisti u diversi persuni li ħadmu mal-Kummissjoni tal-Films għadhom qed jistennew ħlasijiet.

Kien Net News li ftit tal-jiem ilu, permezz ta’ intervista mal-kittieb u producer Matthew Maggi, żvela kif hemm anka ħaddiema barranin li għadhom ma tħallsux mill-Gvern.

Bil-Ministru jibqa’ ma jweġibx kemm hemm ħaddiema li għadhom ma tħallsux u meta dawn se jkunu qed jitħallsu.