Il-Gvern tat-Turkija qal li l-Militar tiegħu attakka siti fl-Iraq u fis-Sirja li huma relatati mal-grupp militanti mill-Kurdistan (PKK). Dan wara li l-Gvern Tork weħħel fil-PKK li attaka zona viċin Ankara u qatel tal-inqas ħames persuni.
Il-PKK huwa meqjus bħala grupp teroristiku fit-Turkija, fl-Istati Uniti u anka fir-Renju Unit u ilu f’diżgwit mal-Istat Tork sa mill-1980.
Filmati li qed jiċċirkulaw fuq l-internet juru li tal-inqas żewġ persuni deħlin b’armi tan nar-nar viċin it-Turkish Aerospace Industries, li huwa madwar 40 km ‘il-bogħod mil-belt kapitali tat-Turkija.
Fil-fatt huwa mifhum li l-ħames persuni mejta huma erba’ ħaddiema tat-TAI u xuffier ta’ taxi.
S’issa ħadt għadu ma refa’ responsabbiltà għal dan l-attakk li fih ġew midruba wkoll 22 persuna.
//= $special ?>