Lokali

Persuni jeħilsuha ħafif wara li waqa’ xi materjal fuq karozza waqt xogħol fil-Gżira

Fortunatament ħadd ma weġġa’ waqt li waqa’ xi materjal fuq karozza pparkjata waqt li kien għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni fil-Gżira.

F’post fuq Facebook, waħda mir-residenti espremiet it-tħassib tagħha fuq ix-xogħlijiet li qed isiru f’waħda mit-toroq fil-Gżira.

Ir-residenta saħqet kif ilha tħanbaq sabiex tittieħed azzjoni mill-Kunsill Lokali qabel ma’ jseħħ inċident iżda dawn l-ilmenti jidhru li waqgħu fuq widnejn torox hekk kif illum kien eżempju ċar ta’ dak li seta’ kien inċident li jħalli lil xi ħadd ferut.

Jidher li dan ix-xogħol kien qed isir fl-istess waqt li qatt ma nġib permess sabiex ħadd ma jipparkja qrib is-sit. Kien quddiem dan li din ir-residenta talbet sabiex isir l-infurzar.