Futbol Sport

‘Qed noħolqu u mhux qed niskurjaw’ – Andrew Cohen, kowċ ta’ Gżira United

‘Qabel kont ninkwieta meta nara lit-tim ma joħloqx okkażjonijiet. Issa qed ninkwieta għax qed noħolqu u mhux qed niskurjaw.’ Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Gżira United Andrew Cohen wara d-draw kontra Naxxar Lions. Huwa kompla hekk: ‘Kull punt jgħodd imma ma jistax  ikun li qed infallu numru kbir ta’ ċansijiet imbagħad mill-banda l-oħra nsofru. Fl-aħħar mill-aħħar il-logħba tal-futbol hija logħba tal-gowls. Fadlilna tliet logħbiet u tnejn minnhom kontra ċ-Champions renjanti u kontra l-leaders. Imma s’issa qed nara logħbiet bilanċjati. Kontra Birkirkara ser tkun diffiċli peress li ġejjin minn 7 rebħiet konsekuttivi imma xejn mhuwa impossibli.’

‘Hemm bżonn li tiddaħħal il-VAR’George Vella, kowċ Naxxar L.

‘Nixtieq li nfaħħar lill-players kollha li taw wirja eċċellenti kontra tim validu ħafna.’Kliem il-kowċ ta’ Naxxar Lions George Vella fi tmiem il-logħba kontra Gżira United. Vella kompla jżid: ‘Il-Maroons huma tim li jistħoqqlu pożizzjoni aħjar fil-klassifika għall-iskwadra li għandhom u l-logħob li juru. Però, aħna konna tattikkament tajbin ħafna. Wara li morna minn fuq, ilqatna l-lasta wkoll fejn dak kien iċ-ċans li nirbħu l-partita. Għandi dubji kbar jekk il-gowl kienx offside jew le. Nemmen li wasal iż-żmien immaterjalment jekk il-gowl kienx validu jew le, li tidħol il-VAR. Issa li qed intejbu l-kwalità bil-format tal-kampjonat il-ġdid irridu nagħmlu l-qabża li jmiss u ndaħħlu l-VAR.’

TIM TAL-ĠIMGĦA

Goalkeeper: Marko Drobnjak (Marsaxlokk)

Difensuri: Jean Borg (Sliema Wanderers), Gabriel Mentz (Gżira United), Leandro Lacunza (Birkirkara)

Midfielders: Clayton Failla (Mosta), Dunstan Vella (Floriana), Simon Zibo (Sliema Wanderers), Luan Nascimento Almeida (Naxxar Lions)

Attakkanti: Alexander Satariano (Birkirkara), Joshua Agyemang (Mosta), Andre Penha Da Costa (Melita)

KLASSIFIKAPARITIPUNTI
Birkirkara822
Floriana816
Sliema Wanderers815
Hibernians814
Ħamrun Spartans811
Gżira United811
Melita89
Mosta89
Balzan88
Marsaxlokk87
Naxxar Lions86
Żabbar St. Patricks84

LOGĦOB LI JMISS

Il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru, 2024

Tony Bezzina Stadium

6.00pm            Hibernians vs Melita

8.30pm            Sliema W. vs Ħamrun S.

Is-Sibt 26 ta’ Ottubru, 2024

Tony Bezzina Stadium

3.00pm            Floriana vs Balzan

5.30pm            Gżira Utd. vs B’Kara

Il-Ħadd 27 ta’ Ottubru, 2024

Victor Tedesco Stadium

4.00pm            Naxxar L. vs M’Xlokk

6.30pm            Mosta vs Żabbar SP

L-AQWA SKORERSGOWLS
Maxuell Samurai (Birkirkara)8
Luke Montebello (Ħamrun S)5
Franklin Sasere (Floriana)5
Gabriel Mentz (Gżira)4
Andre (Melita)4
Jurgen Degabriele (Hibernians)4
Alex Tanque (Marsaxlokk)4
Udoyen Akpan (Balzan)4
CLEAN SHEETSPARTITI
Birkirkara6
Sliema Wanderers5
Floriana, Hibernians3
Gżira United, Mosta, Melita2
Ħamrun Spartans, Balzan, Naxxar Lions, Żabbar St.Patricks,1
Marsaxlokk0