Skont storja pubblikata minn The Shift News jirriżulta li s-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield ta kuntratti diretti lill-għarus tas-segretarja privata tiegħu, li jinzerta wkoll il-fotografu personali tal-Prim Ministru Robert Abela.
Gareth Degiorgio u l-kumpanija awdjoviżiva tiegħu, G Media, ingħataw €20,000 f’żewġ direct orders separati f’Marzu u Ġunju 2024 biex jipprovdu lil Bedingfield u lill-Ministru tiegħu, Clayton Bartolo, b’diversi servizzi awdjoviżivi għar- relazzjonijiet pubbliċi tagħhom stess. Degiorgio beda jirċievi kuntratti mill-Ministeru tat-Turiżmu ftit ġimgħat biss wara li t-tfajla tiegħu, Mireille Farrugia, ingħaqdet mas-Segretarju Parlamentari Bedingfield bħala segretarja privata tiegħu. Mitlub jispjega dan l-abbuż u jekk kienx konxju li l-għarus tas-segretarja privata tiegħu kien qed jirċievi direct orders mill-Ministeru tiegħu, Bedingfield ammetta.
Madankollu, qal li “ħarġet sejħa għal kwotazzjonijiet skont ir-regolamenti tal- Gvern, u G Media kienet l-irħas.” Meta fil-verità sejħa għall-kwotazzjonijiet mhijiex tender peress li mhix trasparenti u tista’ tiġi manipulata faċilment. Sorsi fil-Ministeru tat-Turiżmu qalu lil The Shift li l-Ministru Clayton Bartolo ma kienx konxju tal-konnessjoni bejn Farrugia, G Media u Degiorgio, peress li kien l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari Bedingfield li ssuġġerixxa li juża s-servizzi ta’ Degiorgio. Ta’ 20 sena, Farrugia ggradwat bħala avukat fl-2022 u tpoġġiet immedjatament fuq il-payroll ta’ Bedingfield malli nħatar Segretarju
Parlamentari f’Jannar tal-2024.
Farrugia, eks membru tal-għaqda studenteska Laburista Pulse u preżenza regolari fuq ONE TV, ingħaqdet ma’ Bedingfield ftit wara li għaddiet sena bħala assistenta tal-Eks MEP Laburista Cyrus Engerer fi Brussell.
Għadu mhux magħruf min awtorizza dawn il-kuntratti u lanqas jekk dan kienx konxju tal-kunflitt ta’ interess ċar li kien hemm. Gareth Degiorgio, fotografu żagħżugħ mhux magħruf sa ftit snin ilu, irċieva għexieren ta’ eluf ta’ ewro f’direct orders mill-Gvern fis-snin li għaddew minn
meta Robert Abela laħaq Prim Ministru.
Degiorgio, li jipproduċi wkoll programmi televiżivi fuq ONE TV, kien il- fotografu ta’ Robert Abela waqt il-kampanja tiegħu għat-tmexxija Laburista, li matulha rnexxielu jegħleb l-isfida ta’ Chris Fearne. Hekk kif Abela sab ruħu Kastilja, Degiorgio beda jirċievi sensiela ta’ direct orders mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u diversi ministeri oħra. L-uffiċċju ta’ Tony Sultana, is-Segretarju Permanenti Ewlieni, qed jagħti wkoll diversi xogħlijiet lil Degiorgio, bl-aħħar kuntratt ikun dak ta’ €31,000 għall- vidjografija fl-Expo tas-Servizz Pubbliku.
Degiorgio ddaħħal ukoll fil-lista ta’ produtturi fix-xandir tal-Istat, PBS, li jipproduċu programmi finanzjati pubblikament fuq TVM. Hu jakkumpanja wkoll lill-Prim Ministru barra minn Malta, inkluż fi New York, minflok fotografi fid- Dipartiment tal-Informazzjoni li jitħallew iħarsu f’Malta.
//= $special ?>