Lokali

Il-Ministru jinawgura sala li kienet diġà teżisti – iżda nbidlet fi stroke ward

Il-Ministru JoEtienne Abela inawgura s-sala Medical Ward 6 – sala li ilha fl-Isptar Mater Dei sa minn meta nfetaħ. Iżda issa, ġiet mibdula fi Stroke Ward.

Skont informazzjoni li pprovda l-Ministru Abela stess, jidher li jkun hemm żewġ persuni kuljum li jesperjenzaw stroke. U kien għal din ir-raġuni li bdiet tinħass il-ħtieġa li jkun hemm sala speċifika – bil-Ministeru jieħu sala li kienet diġà tintuża qabel – il-Medical Ward 6. Mater Dei spiċċa b’medical ward inqas milli diġà kellu.