‘Malta Żagħżugħa’. Din hija t-tema li l-Partit Nazzjonalista għażel għall-Kunsill Ġenerali tal-PN li se jkun qed jitlaqqa’ fil-ġimgħat li ġejjin. Kunsill Ġenerali li se jkun wieħed strumentali biex lil dan pajjiżna nerġgħu nagħtuh iż-żgħożija li għad irid jgħix.
Hekk stqarr fuq il-midja soċjali l-Kap tal-PN Bernard Grech, fejn ħabbar ukoll li llejla l-Eżekuttiv tal-Partit se jiddiskuti l-Mozzjoni li se jkollu quddiemu l-Kunsill Ġenerali biex jingħata bidu għal dan il-proċess tant importanti.
Fil-ġimagħtejn li ġejjin il-PN se jkun qed jiltaqa’ ma’ dawk kollha li b’xi mod jagħtu kontribut lill-Partit Nazzjonalista f’numru ta’ assemblej ta’ diskussjoni, attivitajiet u sessjonijiet oħra.
Din il-ħidma, ilkoll flimkien, se tkun qed tirranka u se twassal biex il-PN joffri tmexxija ġdida għal pajjiżna. Il-parteċipazzjoni tiegħek tagħmel lill-PN aktar b’saħħtu.
“Aħna nemmnu f’Malta Żagħżugħa mimlija enerġija u determinazzjoni biex bit-tama u l-kuraġġ fina nfusna, il-poplu Malti u Għawdxi jkollu ġejjieni aħjar. Ejjew naħdmu flimkien għal Malta Żagħżugħa.”
//= $special ?>