Preżentament is-servizz tal-Gozo Channel jinsab sospiż b’mod temporanju wara li allegatament kien hemm theddida ta’ bomba.
Dan tħabbar mill-Ministru Clint Camilleri fuq Facebook u mhux mill-kumpanija Gozo Channel.
Minn naħa tiegħu, id-deputat Alex Borg appella biex kulħadd jikkopera mal-forzi tal-ordni u s-servizzi tal-emerġenza, peress li l-portijiet tal-Imġarr u Ċirkewwa huma magħluqa bħalissa.
B’mod speċjali, inħeġġu lil dawk li m’għandhomx għalfejn iżuru l-port tal-Imġarr biex jevitaw li jinżlu hemmhekk, sabiex is-servizzi tal-ordni jkunu jistgħu jaħdmu kif suppost.
Komplu segwu l-avviżi li se jkunu qed joħorġu l-forzi tal-ordni u s-servizzi tal-emerġenza.
//= $special ?>