Futbol Sport

It-tim Malti tan-nisa b’telfa kontra l-Italja

ITALJA………………………………5

MALTA…………………………….0

Italja: G. Laura, B. Elisa, L. Martina, P. Julie, S. Angelica, G. Benedetta, S. Emma, G. Giada, B. Agnesse, G. Cristiana, B. Chiara.

Malta: P. Ebejer, N. Sciberras, C. Zammit, E. Lipman, E. Xuereb, B. Borg, M. Farrugia, S. Zammit, H. Bugeja, A. Cassar, K. Willis

Referee: Ianna Alliataioyou.

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa sofra telfa ta’ 5-0 kontra l-Italja f’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet fi Tre Fontane Sporting Facility.

Bidu tajjeb għat-tim Taljan fejn mar fil-vantaġġ wara seba’ minuti permezz ta’ Girelli Cristiana. It-tim Malti baqa’ fil-partita sal-aħħar ħinijiet u kien kumpatt u anke ħoloq xi ċansijiet.

It-tim Taljan irdoppja fit-78 minuta permezz ta’ Cantore Sofia. Fit-85 minuta Glionna Benedetta għamilthom 3-0 biex minuta biss wara awto-gowl ta’ Mariah Cardona għamel l-iskor 4-0. Lejn it-tmiem, Cantore Sofia skorjat il-ħames gowl għall-Italja.

F’din il-partita, Charlene Zammit lagħbet il-mitt partita tagħha mat-tim nazzjonali fejn kienu wkoll il-captain tat-tim.