Il-Ministru JoEtienne Abela m’għandux l-iċken idea, ta’ meta jew kemm pajjiżna se jkun qed jieħu lura mill-€400 miljun li nsterqu mid-deal frawdolenti ta’ Vitals u Steward.
Wara konferenza li għamel il-Ministru Abela biex jiftaħ mill-ġdid il-Medical Ward 6… il-Ministru JoEtienne Abela għażel li ma jwieġeb l-ebda mistoqsija ta’ Net News.
Viżibbilment urtat bil-mistoqsijiet ta’ dan is-sit, il-Ministru tas-Saħħa għażel li jinħeba wara l-arbitraġġ li fetaħ Steward Healthcare, u mhux il-Gvern Malti.
Issa għaddiet sena mill-ġurnata tat-23 ta’ Ottubru tal-2023 – u allura, sena mit-tieni deċiżjoni tal-Qorti li ddikjarat id-deal bejn il-Gvern Laburista u Steward Healthcare bħala wieħed frawdolenti. U agħar minn hekk, li sar b’kollużjoni.
Iżda minkejja dan, il-Gvern ta’ Robert Abela, għadu ma tax indikazzjoni ta’ meta jew x’ammont ta’ flus se jkunu qed jinġiebu lura mill-€400 li nsterqu mid-deal tal-isptarijiet.
//= $special ?>