Żagħżugħ mill-Arġentina ammetta li kisser 10 mirja tal-karozzi f’Tas-Sliema waqt li kien fis-sakra. Alejandro Gusman ta’ 23 sena, wejter, tressaq taħt arrest quddiem il-maġistrat Donatella Frendo Dimech il-Ġimgħa mill-Ispettur tal-Pulizija Ian Azzopardi, akkużat b’reati relatati ma’ ħsara kriminali u sokor pubbliku.
Gusman wieġeb ħati tal-akkużi. Il-qorti ġiet infurmata li l-prosekuzzjoni u d-difiża kienu qablu informalment li jissuġġerixxu ordni ta’ servizz fil-komunità bħala l-piena ideali.
L-Avukat Yanica Barbara Sant qalet lill-Qorti li r-raġel iddispjaċih għal għemilu u kien se jkun qed iħallas għall-ħsara li kien ikkawża. Fid-dawl ta’ dawn is-sottomissjonijiet, il-maġistrat ordna li jitfassal rapport ta’ qabel is-sentenza, fejn ta struzzjonijiet lill-Uffiċċju tal-Probation u l-Parole biex iħares lejn servizz fil-komunità bħala possibbiltà.
Huwa ngħata l-libertà proviżorja sakemm jitlesta r-rapport, u ġie ordnat jiffirma ktieb tal-pleġġ kull ġimgħa u josserva curfew. Il-libertà proviżorja kienet garantita b’garanzija personali ta’ €3,000.
//= $special ?>